PROZA U POEZIJA WERREJ ---- Issa li l-Mewg Ghadda (E. Attard) ---- Tempji tal-Qedem (D. Massa) ---- Natura Mdabbra (R. Balzan) ---- Ahn'Ilma Jgelgel (O. Friggieri) ---- Wara (V. Fenech) ---- Hemm Rahal (V. Fenech) ---- Olympus (A. Mizzi) ---- U z-Zoroq Ghajnejk (A. Marshall) ---- Id-Debba tax-Xitan (V. Debattista) ---- Issa l-Fjuri Dbielu (P. Sciberras) ---- Hagar Qim (M. Grech Ganado) ---- Il-Bir (J. Friggieri) ---- Zodjak (M. Azzopardi) ---- Wahedha Wicc Imb'Wicc mal-Mera (P. Gatt) ---- Il-Muza tal-Kimono (A. Buttigieg) ---- Intervalli (M. Azzopardi) ---- Sakemm (V. Debattista) ---- Lilek bhali (J. Axiaq) ---- Lill-Qamar (J. Agius) ---- Immira I (J. Agius) ---- Immira II (J. Agius) ---- Paradossi (J. Agius) ---- Mall (M. Attard) ---- Drydocks '95 (D. Grillo) ---- Puppazz (S. Grech) ---- Jien ma nemminx (M. Griscti) ---- Utopja (F. Galea) ---- Ic-Curkett (J. Aquilina) ---- Passjonijiet (J. Aquilina) ---- Ghalik (S. Grech) ---- Ghaliex? (C. Bianchi) ---- Mandala (P. Sciberras) ---- Iz-Zghozija (C. Flores) ---- Qed jaqta' hafna fjuri minn qalbi (D. Micallef) ---- Ghad Fadal Ghada (R. Mahoney) ---- Talba (S. Grech) ---- Meta Ghada (Carmel G.Cauchi) ---- L-Eroj Tal-Gwerra (Noel Fabri) ---- Ghaliex Ja Hajja (Dennis Arrigo) ---- Salm (Sergio Grech) ---- Sorry (Joe Azzopardi) ---- Karta Xuga (Joe Axiaq) ---- Il-Bierah (Joe Axiaq) ---- Jekk s'Issa (Joe Axiaq) ---- Hsibijiet Gugarell (Noel Fabri) ---- F'Hajti Stennejt (Victor Fenech) ---- Epigramma A (Joe Friggieri) ---- Hajku (George Falzon) ---- L-Ilma tal-Wied (Gorg Borg) ---- Bnedmin (Maurice Mifsud Bonnici) ---- Protests Maltija (Oliver Friggieri) ---- X'jien u Min Jien (Fredu Cachia) ---- Eternita' (Joseph Bugeja) ---- Sandra (Manwel-Nicholas Borg) ---- Hdejk (Daniela Agius) ---- Il-Bajda u Hamra (Manwel Nicholas-Borg) ---- Qalbi (Sergio Grech) ---- Kliem (Joe Axiaq) ---- Tliet Hwejjeg (Noel Fabri) ---- Delitti (Joseph Bugeja) ---- Minn Kull Ma Hlomt F'Zghoziti (Ruzar Briffa) ---- Caritas (George Falzon) ---- Gmiel (Carmel Calleja) ---- Stennejt (Joe Axiaq) ---- Mediterran (Mario F. Bezzina) ---- Gandoffa (Mario F. Bezzina) ---- Realta' (Sergio Grech) ---- Fis-Sema Tieghek (Gorg Borg) ---- Riflessjoni (Natalie Guillaumier) ---- Hajku (Manwel Cassar) ---- Immortalita' (Maurice Cauchi) ---- Medusa (Karen Vella) ---- Iz-Zmien (Sergio Grech) ---- P.S. Footnote ghall-Hrafa Tieghi (Sergio Grech) ---- Poezija (Carmel Callejja) ---- Xewqa (Carmel G. Cauchi) ---- Lill-Prof. Guze' Aquilina (Manwel N. Borg) ---- Fuq xifer... (Dr Mario Farrugia) ---- taht it-torri ta' l-ghallis (Louis Briffa) ****************************************************************************** ISSA LI L-MEWG GHADDA Issa li l-mewg ghadda minn fuq rasna u halliena msammrin mal-blat zonqri b'pont wieqfa misnunin, xmux il-gherf, ta' dawn l-allat li hawn madwarna, xirfu kollha minn got-tieqa ta' l-infallibilta' u xeghlu d-dawl imlewna kollha juru t-triq tas-sewwa. Emanuel Attard TEMPJI TAL-QEDEM Mas-seher tal-koppla ta' sidrek ghajnejja maghluqa wara li hlejt kull nerv ta' gismi hossha taqbad ir-rieda bhal golja ddur iddahhan f'eghruq ic-crieki ta' l-arznu u l-lifgha m'gharqubi xxidd izmna wara izmna sserrep mal-hawt fil-precint ta' Tanitt Tanitt j'omm jekk dirghajja jniffdu s-sigra bid-durium b'golja tad-drill Black & Decker jekk jirnexxili nidhol naqra hu f'idejk u aqra ghanja ta' fertilita' li ma tintemmx Mill-bejta ta' zghozitek minsub bis-sliem qabel il-kliem inqum ghasfur qed naqbad gherq nitwahhad ma' l-arznu u nxerred libghati f'hogrok mara sa jigi r-rih jehodha jtaqqal il-frott fir-raba' baghli u terga' tghanni l-bibla fil-gholi fis-sigar tat-tamar x'imkien qrib il-bahar. Daniel Massa NATURA MDABBRA Ghaliex taf lilek biss u tqim sa l-art li tmidd il-passi fuqha ma tafnix jew... tafni biss biex tkabbar dellek kiebi fuq wicc imqit u niexef ta' natura mahluqa minnek. Lil hinn mir-realta' li thaddan int is-serh fis-skiet minsug ma' l-ghanja hielsa li tbennen il-holqien. Rena Balzan AHN'ILMA JGELGEL L-istorja taghna trid tintemm xi darba bhall-ilma mqalleb li jsir ilma qieghed, bhall-gebla li titgerbeb sa ssib postha, bhall-pindlu ta' l-arlogg li fl-ahhar jieqaf. Kull lejla meta jinzel dlam fuq djarna, u wliedna jistaqsuna xi jkun gara, naqilbu l-kliem ghax ma nafux inwiegbu, u nghannu l-innu stramb li twieled maghna: "Ahn'ilma jgelgel u hadd ma jixorbu ghax il-mewg taghna fih il-melh tal-qerda. Ahna gebliet li nqlajna mill-imqades t'allat li mardu w mietu iddisprati fi glieda ta' bejniethom. Ahna pindlu li wasal biex tinhlilu l-energija." Oliver Friggieri WARA Wara l-bahh tal-vojt il-mili ta' kollox. Wara x-xejn ta' kulhadd il-hafna tal-ftit. Wara l-hakma ghakkiesa l-ghajta mahnuqa. Wara n-nixfa ghatxana il-gelgul tad-demm. Ma' nzul ix-xemx --- ix-xejn ta' kulhadd u l-bahh ta' kollox! Victor Fenech HEMM RAHAL Hemm rahal li narah u ma narahx. Ir-rahal mhux fuq gholja mhux fil-witja, mhux max-xtajta mhux fil-wied. L-Escort tieghi ma tasalx: toroq ma jezistux. Hemm rahal li narah u ma narahx. Hemm rahal li narah bhal ghabra fir-ragg tax-xemx. Ghandu l-kandexxenza tal-verdemar u kultant ifakkarni fi Giotto. Hemm rahal li narah u ma narahx. In-nies-qishom-nies-u-mhux-nies ghandhom wicchom il-kuluri tal-qawsalla. Fil-bur tidher baqra b'zewg irjus: b'wahda tiekol is-silla, bl-ohra thares lejn it-tina illi tahtha qed jinhabbu guvni bronz tfajla peprina. Hemm rahal li narah u ma narahx. La tahsbux li da-rahal hu xi rahal ta' Andersen ta' Grimm jew ta' Perrault. Dan ir-rahal jezisti tassew. Jiena naf illi jezisti --- ghax rajt guvni tal-bronz ihobb tfajla peprina; u baqra b'zewg irjus u silla u tina. Hemm rahal li narah u ma narahx. Xi darba nsibu dan ir-rahal. Victor Fenech OLYMPUS Wara s-shanat ta' cilindri jitmattru u eghkiesi jilehgu kumbattiment ta' ingagg u helsien ta' lievi u fusien... erhuni nintreha ninhall tebgha zejt titwassa'qawsalla kloroforma fuq ibhra ta' zirkonju go l-izraq tal-Jonju nghanni bl-allat porporati bix-xedaq tad-deheb u l-avorju. Achille Mizzi U Z-ZOROQ GHAJNEJK din hija rebbiegha li fethet bhall-murtali tal-kulur u fuq il-hajbur ta' l-ghaxijiet imwieghda rasha 'l isfel is-sahhara hadra titrabbat bis-sallur u inti b'ghajnejk zoroq treddaghli 'l uliedi bi zewg gdid titmaghli frieh il-qattusa bebbuxija bil-fdal ta' nofsinhar tghannili fis-skiet il-hrejjef ta' rguliti l-inwar ta' madreperli leluxija rebbiegha din li fethet bhall-murtali tal-kulur u maghha dahlet is-sahhara hadranija u z-zoroq ghajnejk Albert Marshall ID-DEBBA TAX-XITAN (Dedikat ghall-memorja ghaziza ta' neputi Matthew Mercieca, 5/23/93 -- 3/20/95) Harset lejja, waqt li jien inzajt qabel ma dhalt norqod, biex tara jekk ghandix l-intenzjoni li noqtolha. Harset b'zewg ghajnejn kbar, li fihom ir-riflessjoni tieghi biss tikka. Harset waqt li kompliet tnaddaf saqajha ta' quddiem, li ftit minuti ilu zammew daqsxejn ta' kamla li kielithu minn denbu sa rasu, waqt li hu, il-hin kollu, jaghti b'saqajh u jipprova jahrab. Debba tax-xitan. Ras il-kamla ghall-ahhar qisa trid tohloq l-aktar ugieh possibli. Hatfitu w, f'xita zghira ta' bcejjec mill-gwienah u saqajnijiet, qattat siegha tieklu, waqt li hu bata. X'xorti tajba ghalijja li jien bhal ggant hdejha; li nista nerga' ngerrixha fil-vazett tal-karawett fejn inzommha. Illum, ragel ta' tletin, niehu aktar hsieb li ma nressaqx subghajja lejha minn dik id-darba, ferm izghar, meta kont qbadt iehor bhala. Kien gidimni, w jien u hu malajr infridna. Fl-ahhar, l-agunija tal-kamla ntemmet, meta kielet anki rasu... Kif jista' wiehed jemmen li hemm Alla fis-sema meta l-mewt, anki ghal wiehed daqshekk zghir, hi mimlija ugieh u agunija? U hi, dik id-debba tax-xitan, tghid il-Malti jaf xi haga aktar dwarha, b'isem bhal dak? In-natura bla morali. Mhux immorali, izda bla morali. Id-debba tax-xitan taf biss li hi trid tiekol. Jekk l-ikel taghha jssoffri, hi ma tafx b'dan. Il-moralita hi invenzjoni tal-bniedem, li kapaci jhoss ghall-iehor. In-natura qatt ma ivvintat moralita bhal din. Ghalhekk il-kamla bghata. Ghalhekk il-kancer tkattar f'tifel bilkemm kellu sena; saqajh, rasu, sidru, jdejh, ghadmu w f'gennata ta' orgni ohra. Kancer tat-tfulija b'isem stramb: neuroblastoma. it-tajjeb u l-hazin ghalina li halla warajh biex nikkunsidraw. In-natura ma tafx b'tajjeb, ma tafx b'hazin. Izda t-tifel sa l-ahhar laghab m'ommu! Victor Debattista ISSA LI L-FJURI DBIELU issa li l-fjuri dbielu u l-ilma-qieghed fil-vazett intrema tista' terga' torbot iz-zigarella ma xaghrek u tissokta fi triqtek gheja il-mohh igedded it-tifkira tad-dirghajn girlanda ma' rasi u x-xitan li hazzez l-inkejja fl-irmied tal-bews mahruqa harab u gheb fl-infern tal-bierah ghada r-raggi ta' xmux godda jixeghlu gonna ohra u jbaqqnu gewwa qalbi eghjun ta' safa u tigdid issa li l-fjuri dbielu u l-ilma-qieghed fil-vazett intrema. Philip Sciberras HAGAR QIM Quddiem il-gebel jitwaqqaf jittama li jerga' lura z-zmien li kien bla nifs jistenna jissamma bla nifs ghal lehen mill-qedem tbassarlu t-twettiq ta' kull ma jixtieq. U jien mela bhat-trab ta' taht saqajh ma nhossx is-seher ta' l-imghoddi jfewweg imewweg maz-ziffa minn bejn il-gebel abjad li hu jqim? Jew jahseb illi jqim kull meta jibza' jinfed 'il gewwa 'l gewwa --- ma imurx ikun ghadu mistur fil-gebel xi lsien tan-nar li qabbad lil dawk illi waqqfuh... Jiena nissogra ndur mal-hagar sieket msieheb mal-bahar imghannaq mil-berah u fuqna s-smewwiet. U nhossni qed ningabar fi hdanu mad-dielja ghammiela u mal-haxix frisk u hadrani li jixxettel u jinfirex bla tfixkil sa fuq il-bosta altari mnaqqxa madwari u mzejna tul is-snin mad-dehra tar-rebbiegha. Indur kull fejn indur madwari tfur il-hajja waqt li wieqaf fuq iz-zuntier jiccassa f'holma mimlija cpar lejn xbejba liebsa l-abjad mixhuta fuq l-artal. Hawn fil-qalba tat-tempju 'l hinn u 'l hawn miz-zmien tinghaqad in-natura ma' wirt missirijietna ha jghollu l-hajja. U nhoss ic-cpar li ghad jixtieq imelles lil ghajnejja jinxtorob mil-hagar jintilef fil-bahar jinbela' mill-berah filwaqt filwaqt li l-ghana tal-holqien timla u tfawwar u kullimkien tghaqqad il-hlejjaq taghha bit-tama fil-gejjieni 'l hawn u 'l hinn miz-zmien. Hawnhekk renhitni l-hajja u fhimt l-ghaliex it-tempju jissejjah Hagar Qim. Maria Grech Ganado IL- BIR Fil-qiegh tal-bir fejn jahbat il-barmil hemm wicc u par ghajnejn iharsu 'l fuq mill-ilma jitharrku biss ma' kull taqtira li taqa' minn mal-hnejja Mill-qiegh tal-bir bis-satal f'tarf il-habel it-tfajla tal-eghlieqi ittella' mill-imghoddi l-ghajjat tat-tfal fis-sqaq il-kliem maqtugh tal-bdiewa fuq is-setah l-ghana tad-dris fuq l-andar zmien il-hsad il-hoss tas-sikka tofroq il-hamrija l-inbieh tal-klieb fil-btiehi l-inhir tan-nies reqdin bit-twieqi miftuhin it-talb ghad-dawl tal-lampa l-iddin tas-sriedaq maz-zerniq il-garr tal-baqbaqun fil-barumbara. Fil-qiegh tal-bir kif jahbat il-barmil il-wicc tarah idub, l-ghajnejn jiccajpru, u tisma biss, meta ssejjahlu, lehen bikkej jirbombja, jdur mal-hnejja, lehen l-ulied u lehen in-nanniet diehel u hiereg mill-irkejjen suwed sejjer 'il boghod fl-imghoddi li ga ntesa. Joe Friggieri ZODJAK Mal-monokorda bejn is-sema w l-art baqghu jiddewbu l-kwiekeb. F'lejl qasir u falz il-valz passiv tal-friefet. Iz-zmien wieqaf. Bejn ic-cinkwini ta' l-arlogg etern l-eklissi. Il-Bniedem l-ibghad pjaneta torbita fl-ispazju tal-mewt. Mario Azzopardi WAHEDHA WICC IMB'WICC MAL-MERA "And if the wine you drink, the lip you press, end in nothing in nothing all things end in, yes, then my fancy while thou art, thou art but what thou shalt be --- nothing --- thou shalt not be less." (Mir-Rubaiyat ta' OMAR KHAYYAM) Gieli kienet thares fil-mera u tara biss zliega. Imbaghad gieli l-mara kienet thares aktar fil-fond u tara xbihat li ma basritx. Dakinhar, meta l-klima f'mohhha kienet imcajpra wara lejl holm ikrah, id-dehra taghha fil-mera kienet stramba aktar mis-soltu. Meta harset sew u ghat-tul, intebhet li wiccha kien jidher deformat. Kemm kien hemm ghajnejn? Dawk troffi qed jaqghu minn rasha? Snienha biex thaffru mill-bierah sa dalghodu, meta l'anqas semghet is-sejha tal-bahar mis-setah tal-franka? Wiccha Taghha u mhux taghha. Fil-ghaxija ma kienet indunat b'xejn, imkebba kif kienet fil-hsibijiet jigru maghha, jkeffnuha taht il-qamar diehel mit-tieqa, donnu simbolu taz-zmien abjad, pallidu. Wiccha deformat. il-wicc ta' l-eqqel realta'. Ir-realta' setghet kienet l-ixkora ta' l-illuzjonijiet li ppruvat timtala bihom. Darba kienet qrat il-poezija tal-mingel: Hares lejn il-mingel meta. minflok demm, / ikun imxarrab bin-nida tal-fidda... U issa liema mingel se jahsad l-illuzjonijiet ta' din il-mara, wicc imb'wicc mal-mera wahedha, bil-fattizzi deformati? Sa minn ckunitha ppruvat timla l-vojt bil-fantasija: dwieli, ocejani bl-ghasafar itiru, iljieli ta' mhabba fil-foresta u xita tbierek il-pjanti kbar tal-foresta, bl-insetti jistkennu ghall-irdoss tal-hamrija niedja. Belghet il-fantasija u ttamat li xi darba ssehh fiha l-bidla. Il-metamorfosi tal-mara --- tibdel il-faxex tal-luttu taghha u jsiru perpuriet kuluriti, itiru mehlusin mar-rih lejn il-kontinent tal-liberta'. Hemmhekk fir-realta' l-ohra, fejn l-ghasafar ma jinqatlux u fejn il-gwienah ma jiccungawx. "Irrid nbiddel u rrid nibdel," qalet lill-wicc deformat fil-mera. Il-lehen donnu ma kienx taghha. Kienet ilha ma titkellem tghajjat, imdorrija kif kienet fil-kefen tas-silenzju. "Jekk ma ninzax dawn it-triehi qodma, se nhaffer tebut f'qabri u nsakkar fih il-passivita'. Il-holm ma zarratx it-triehi l-qodma. Immuffahom biss..." Qalet il-mara li hemm tama li timlik bil-fwieha tal-bahar bikri, u ohra vojta, li tmewwitlek l-istennija, li min jaf meta tfegg. L-hena qatt ma fdatha. Kienet drat tafda biss qaghda, jew ahjar il-lakuni, meta thossha vicin ir-ragel tal-holm. Ir-ragel li ma kellimha, li qatt ma kellu isem. Dik l-unika hena li kienet vera, anki meta fil-boghod kien hemm iserrep kurrent ta' diqa. Fehmet ukoll li t-triq ta' dak ir-ragel stramb li jinvadi l-holm taghhakienet triq li tigbidha, mudlama kif kienet. Ghax ma kinitx mudlama biss dik it-triq. Kien hemm l-alternanza. Ritmicita' li fl-irqad u t-thewdin kienet thanninha. Forsi tistrieh. Qalet il-mara: "Is-serhan tieghi ma jfissirx l-ghassa tal-lejl tieghu." Il-wicc fil-mera beda jiehu sura ohra. Forsi kien wiccha. Forsi ma kienx. Il-bahar rega' beda jsejjah. Dejjem hekk jaghmel l-ocejan biex jikkonsla mara wahedha. Mara wahedha l'anqas l-allat ma jrejquha. (Imnebbha mix-xoghlijiet ta' Luce Irigaray u Helene Cxious). Patricia Gatt IL-MUZA BIL-KIMONO h a j k u Qisu cirasa, il-hajku tibilghux, izda oqghod soffu. Hajti fil-ghabex... qalbi bhall-bilbla tghanni qabel ma torqod. Grazzi Mulej! grazzi tan-naghag u l-hrief, grazzi tas-sriep. Il-bdiewa siefru; u tara biss fl-eghlieqi irgiel tat-tiben. B'linka tal-fidda mal-hajt il-bebbux kiteb il-heroglifici. Mulej hallini nghaddi mid-dwana tieghek biss l-ghanja tieghi. t a n k a Il-bugonvilla telghet mal-hajt sat-tieqa, mhux sabiex tisraq, izda biex toffri fjura lin-nies ta' gewwa l-kamra. Mhux kattidral gotiku mis-sbieh lil qalbi irridha tkun, 'mma knisja zghira u fqira tal-bdiewa qalb l-eghlieqi. Anton Buttigieg INTERVALLI 1. Bejn illum u l-ewwel tnehid tieghek meta r-rih dahal bejn l-ghadam ma baqa' xejn hlief il-hoss ta' l-insetti jfaqqghu mat-tubu. 2. Il-parassiti kollha jerdghu id-dawl tal-kwiekeb. Poeta pallidu jpingi kwiekeb godda u jixghelhom bil-verita'. 3. Xtaq li kienet pupa bajda li tkanta l-ghanjiet taghha stess lill-harifa. 4. Meta hares fil-meraa kien hemm strangier ghajjien ihares lejh. 5. Jien il-ferrovija li ttellaq maghha nfisha fl-intervall ta' bejn il-karnival u l-jum tal-limbu. 6. Forsi ghaadek ma tistax tifhem: mal-genb tat-triq is-sigar isibu s-sabar iharsu lejn xulxin u jifhmu t-temp u jifhmu l-hoss tal-vagun tat-tramm u l-kimika tal-monotonija. 7. Iz-zmien ghaddej skond l-iskema: l-amuleta bil-velenu ma kinetx fuq l-agenda. Mario Azzopardi SAKEMM ------ Sakemm ix-xemx f'nofs in-nhar tohlom B'hajja friska taht il-mewg mar-rizzi... Sakemm is-serduq jahrab mill-gallinar U jistkenn miz-zernieq f'gherien mudlama... Sakemm is-sajjied jibdel luzzu b'ghajn li tharsu Ma bhima tilheg u mohriet imsaddad... il-bieb tad-dieqa jistenna miftuh. Sakemm Alla fis-sema ma l-angli Jixhet harstu lejn il-bniedem... Joey Grima via Victor Debattista jew vice versa LILEK BHALI Hbub ghajnejk xtrajthom mill-folla... gharafthom subghajk, b'difrejn inaqqxu l-qlub taghmilhom bocci bojod zghar tal-kamla bla qatra demm. Gharaftha l-kelma hierga minn dawk xufftejk karta xuga, tissensel mal-lejl bla nhar... Gharaft il-jien ta' darba. Hallihom dawk l-ghajnejn jitkellmu minn wara nuccalijiet skuri f'din id-dinja ta' ftit kliem... jitkellmu bik u bik... u bija u bija... Ahna nafuhom... LILL-QAMAR ---------- Daqqu t-tokki; Wiehed... tnejn... tlieta.... Tennew imma fl-ahhar Waqfu ghal kollox. In-nies rieqda F'hemda li twahhax Johlom holm T'elf sena ilu. Il-qamar, il-kwiekeb, kemm huma sbieh Kieku ma kienx hawn id-dinja fosthom. Harist ghal darb' ohra Lejn qamar jiddiehak. Harist, tghammixt u werzaqt. U l-qamar inqasam F'elf bicca U baqa' jidhak. Issa n-nies stembhet U ma ntebhet b'xejn! IMMIRA ------ Nitolbok la ssejahlix izjed ghax jekk Lehnek jerga' jmelles lil widnejja naf Li ninfaqa' nolfoq bhal tarbija ghax Meta niftakar li bejni u bejnek Hemm bahar jaqsam u l-pont iggarraf Inkun nixtieq inserrah rasi tahraq F'hogor ommi u d-demghat shan li jgelbnu Minn xfar ghajnejja nimsaghhom mal-fardal. IMMIRA II ----------- Minn meta f'hajti rfist bla hoss u lehnek Dewa mal-ilmenti, jien qatt iktar ma Hlomt il-hlewwa tal-pitghada ghax meta Fuq l-imhadda rasi nserrah u l-velu Helu ta' nghasi jifrex is-subkonxju Bic-cpar umdu tal-jista' jkun darb' ohra: L-ucuh fantazmi li hfief jimirhu fuq Il-palk ta' Morpheus jinbidlu hesrem F'wiccek b'halq berah ihanxar il-priza Sagrimentali fuq l-artal ta' Eros! PARADOSSI (waqt barbecue 18/5/91) --------------------------------- Sakemm il-gamar jikwi Lewnu jghammex daqqa ahmar daqqa abjad U s-shana tghallaq u d-demm ibaqbaq U r-rih ifewweg l-infern U d-dlam ikattar l-ilwien U l-ghajnejn xotti jissummaw Lejn fdalijiet tas-sagrificcju U l-ilsien ilebbet sovran U jikxef il-mistohbi gewwa l-ghar U s-snien jghomodu karawett imhassar Li jdarrasshom u jqarras ix-xuftejn U l-griezem jghumu f'gelgul t'imbid U fix-xmara ta' nifsijiet imghaggla U d-dhahen tas-sigaretti u l-gamar jikwi Inessu l-frugha u l-biza tar-rutina: Sakemm l-irdum ma jcedix Bil-piz tal-bahh fuq daru Sakemm l-ghanja ta' eku u ghagha Timrah u zzur il-kwiekeb f'habshom U l-qamar idur madwar id-dinja: Ghal xejn twerzaq u tixher il-gawwija Ghal xejn il-gwienah jittebbghu f'raxx ta' dmija! Joe Agius MALL Urajja Mall ta' tifkiriet --- Moghdija mizuna fuq gnubha b'sensiela ta' mfakar, bhal zewg kefef tal-mizien li bejniethom qeghdin jorqmu lill-miti li sa minn ckuniti mlewli sriebet ta' hsibijiet. targa fuq targa sena f'sena ilkoll qed iqisu lill-polz tieghi u bhal stimolu kull tahbita qieghda sservi ta' riedni fl-attivita' ta' mohhi. Mario Attard DRYDOCKS '95 L-erwieh qed jghajtu minn wara kolonni zvergnati bi krexx helmet safrani jitolbu gustizzja mal- bicciet katavri li fadal mal-bajjiet imnikkta b'zejt tqil qatrani *** Disgha hallewna f'wied demm anonimu nsaffu t-truf ta' dinja orgja ta' l-assurd Id-dell tas-salib wasal sal-kantuniera David Grillo PUPPAZZ Interzjat f'qalbi dan il-mewg bellusi. Fi xtajta mwarrba f'hodon l-ewforja niccassa lej ix-xejn biex forsi nifhem l-agir wara dan il-kwadru. ... Kollox gidba, kull bidu ghandu tmiem, kull sentenza jrid ikollha ghan ... dawn il-konkluzjonijiet banali dak l-alla li nnegajt dik il-warda li pittirna jien u int dan il-holm bla tifsira. L-ispag tal-puppazz tieghi thabbel. Sergio Grech JIEN MA NEMMINX jien ma nemmen qatt... bil-baqar sagri li jbezzghu l-gejjien. jien ma nemminx lil dawka li jxahhmu w jixxahhmu u jissejhu "ta' qalb tajba". jien ma nemminx b'iljunfanti li jittrumbjaw 'il qzieqez taht qamar kwinta. ma nemminx b'socjeta' li tistordi bir-riha qawwija ta' ncens li jwasslek il-genna. ma nemminx li hawn iktar anxtajnijiet, davincijiet, karavaggijiet hlief fil-kotba tal-qedem. hallini ma nemminx ghax hajti ma nqishiex b'cucata twila. Mario Griscti UTOPJA hsibt li nuri hsiebi gharwien mill-identita' t'isem siewi li xxebbah ma' djul il-jien hsibt li nnezza' 'l hsiebi mill-indhil tar-rih qarrieqi li jolqotni kull meta nohrog fit-triq jew nixref fis-skiet hsibt kemm-il darba kif nista' nghix mistur lil hemm mir-rih izda min se jaghtini n-nifs jekk mhux iz-ziffa f'das-sajf qadim hsibt l-ewwel darba li fhimt fl-ehxen qoxra tal-bajda u skirt bl-ilma tal-bir frisk u bl-eku tan-nifs go fih tlift il-qawwa fuq is-sensi biex rajt biss il-wicc imcaqlaq zenguli mera fis-snin li gejjin mill-hsieb li ktibt u bqija ma bdiltx mill-hsieb tal-hsieb li hsibt fhimt il-ghuda tal-haddiem Frances Galea IC-CURKETT Kulhadd ferahlu, ghax isqof sar, sarulu festi fil-knisja kbar. Waqt il-funzjoni fil-katidral lill-gemgha kellem minn fuq l-artal. Go sebghu kellu ruzett sabih miexi u jbierek lill-folla bih. Ommu hemm kienet f 'siggu bir-roti bis-snin mghobbija 'mma l-menti sodi. U fuqha resaq wara l-funzjoni it-tnejn imqanqla b'wisq emuzzjoni. Idejha qabad u lilhom bies fost entuzjazmu ta' folla nies. F'subghajha kellha taz-zwieg curkett li kien ghal binha ksib ir-ruzett. Joseph Aquilina (Melbourne, Australia) PASSJONIJIET Tfajla b'velu rqiq mistura harget tizfen mal-mahbub quddiem gemgha nies go sala toghla u tinzel fuq l-gharqub. Fid-dawl baxx ta' serclajt fuqha l-ghera taghha esponiet b'ghajnejn suwed jibbru jibbru qanqlet wisq passjonijiet. Bhal Salome mal-kolonni ta' Erodi l-palazz kienet tizfen u tizzegleg b'sengha kbira bla strapazz. Waqt l-irgiel it-tazzi hafnu bl-inbid f 'idhom mimlijin bl-akbar heffa dawn xorbuhom f 'genn ta' mhabba miklubin. Minn bejniethom ghaddiet tizfen, l-ghera wriethom ta' sikwit b'gesti u mossi lilhom sahhnet li hajrithom mhux bil-ftit. B'qanqil zieni rasha xenglet kollha nokkli suwed twal, lejhom harset b'innocenza qishom qed iharsu t-tfal. Go hogorhom bdiet hi taqbez donnha ferh ta' xi qattus, m'ghonqhom qabdet u hekk iddendlet sa minn bwiethom ramplet flus. Lejn id-dar marret dahq tfaqqa' ghax nitfithom bhal beccun: skantat kif irgiel b'xirfithom minnha nqabdu bhal mazzun. Joseph Aquilina (Melbourne, Australia) GHALIK ghajnejk maqdes ta' ibhra. minnek insensel parametri ta' utopji. ghalik nibdel il-lejl f'poezija. gismek gizimin senswali. Sergio Grech GHALIEX ? Zaghzugh mifxul jixxengel min-naha ghall-ohra tat-triq wara li ttaqqab fil-vina ta' jdejh b'doza qawwija ta' eroina. Tfajla unurha mitluf. Tarbija toqtol f'abort u qajla jimpurtaha mid-dmija ticcarcar ma' l-art. It-tbiccir tat-tarbija innocenti, jintilef qalb zibel u skart. Carmel Bianchi MANDALA jien hu c-cpar li jaqa' habta u sabta, ir-rimettar ta' mara tqila, prodott taz-zminijiet, mit bla identita', jaqghad mignun fi crieki mhabblin ta' msagar primittivi jien hu l-frak li jaqa' mill-blat mielah, il-wirt battal ta' xmux mahruqa, sejba tal-fdalijiet, ilsir bla isem, ihewden miflug f'xaradi mnassbin ta' sfingi 'nkwizittivi jien hu t-trab ta' katakombi mdallma, l-irmied antik ta' ghadam sieket, grajja ta' tifkiriet, nisel bla sekli, jemmen miblugh f'ritwali misturin ta' mqades emotivi jien hu li hu: tad-dell - limbu tal-wahx, tan-nies - landa taz-zibel irrid nghajjat u ma nistax. Philip Sciberras IZ-ZGHOZIJA Nibki x'hin iz-zmien jaghfas bhal morsa lejn triq ix-xoghol fl-infern tal-irgulija. Niftakar hesrem meta f'dawl ghajnejk inhares kemm tbahrid u hena rajna, kemm bil-frugha tal-gejjieni dhakna u dhakna, u dhakna. Ghada le, mahbuba, ghada ninxtehtu f'saqqu-ponot bhall-Indjani nibku u nibku, u nibku. Sa ruhna ttir. Zghozija, zghozija kif tliftek ma ndumx? Zghozija tabilhaqq l'int l-isbah zmien. Charles Flores QED JAQTA HAFNA FJURI MINN QALBI (ghal missieri f'jum il-missier) dar-ragel li kiteb fir-ramel l-istorja inutli tieghi u pagni mqattgha bcejjec fil-jum li ma sebahx dar-ragel dejjem sieket li rikeb l-irwiefen tal-lejl fil-lejl abjad bil-kesha qed jaqsam l-univers dar-ragel dejjem sieket f'dil-ewwel sena siekta qed ighidli bla lehen il-kliem mibdul fi hniena li nifhem jiena biss dar-ragel dejjem sieket ghadu miexi mieghi fil-vjagg inutli tieghi bil-lampa dejjem tixghel minn ghajnejh mitfijin dar-ragel tas-silenzju mar jaqsam is-silenzju u l-eghlieqi dezerti tax-xewk f'dil-ewwel sena siekta qed jaqta' hafna fjuri minn qalbi Doreen Micallef GHAD FADAL GHADA Iz-zghozija li ttul ftit sighat, mhux ta' min jghixha. L-ghanqbut jidbiel fl-irkejjen u jitlef dijjietu fiddiena u l-hajja tal-bierah tinghi l-krib tat-twelid biex illum minn fuq cint nehda nhares lejn satret l-ibliet u nisma' f'widnejja il-passi li jtektku fuq l-asfalt mikul. Il-lejla kont hieni, (forsi ghax iltqajt ma' min kelli niltaqa'), mill-imhabba li xtaqt ma ccahhadtx, izd'issa li dalam u d-dawl tal-vetrini ntfew, u ommi (miskina), issahhan ir-ross fuq il-gass, jien qtilt 'il hajti: dik l'ghext illum u resaq fil-qrib pitghada l-mishut li naf ser jibdilli t-tifsila ta' hajti ghal dejjem. Imm'ghad fadal ghada: il-Hadd tal-mistrieh, ghad fadal ghada, il-qofol ta' hajti. Raymond Mahoney TALBA lejl skiet. swar abiss. qmis swat. dirghajn ugigh. mnili t'ghejja. gazzetta solitrudni. fejn issalpa harstek Mulej? Sergio Grech META GHADA meta ghada xaghri jheff u ftit ftit jaqa' u xejn mill-lewn hamran fuq wicci ma jkun baqa'... Meta ghada z-zmien b'difrejh jiffirma ismu fuq gbini biex il-jedd tieghu fiqi fis jurini... Meta ghada l-lehha tghib u d-dawl izid inin fi hbub ghajnejja, halli Mulej,titliegheb tbissimma fuq xufftejja...! Carmel G. Cauchi L-EROJ TAL-GWERRA Bla idejn, bla riglejn,bla hegga ta'xejn. Mugugh, fuq sodda mitfugh dalwaqt ikun bla ruh... Fl-ahjar taz-zghozitu, ghall-glied mar rasu mimlija, u hajtu kollha mohlija... Ughalkemm jistaqsi ghalfejn, jibqa'jistenna ta'xejn. Noel Fabri GHALIEX JA HAJJA? Ghaliex l-arlogg itektek u d-dinja tibqa'ddur? Ghaliex trid 'il quddiem timxi ghax lura m'hemmx fejn tmur? Ghaliex jindifnu maghna f'qabar it-tifkiriet? Jewwilla din il-hajja trejqa b;dawl fil-boghod? Jewwilla din hi l-hajja arlogg li jwasslek sat-tmiem bil-mod il-mod? Dennis Arrigo SALM Gheluq fil-jien. Maqbud fi gwarnic li ma jiginix. Maqful f'harstek indifferenti. Mitluf nadura grokk likiwidu dezert. Trunciera tajn f'qiegh ghajnejja mdemmgha. In-nifs jitbandal dghajjef. Fommi sieket jixtieq jikteb l-ahhar tama.Lejl silg.... wara l-biki,l-gharqa totali, wara l-gharqa t-telfien, wara t-telfien il-helsien, mal-helsien ir-rebha. Sergio Grech SORRY ma tantx mietu nies f'dil-gwerra qalu it-tfal igemmghu ritratti tal-ajruplani tal-gwerra u hu jgemma't-tifkiriet ta'ibnu waddab hawn jekk irrosuhom ftit,hawn post ghal katavru iehor l-oqbra ma servewx prudenti l-alleati ic-cimiterju ma giex attakkat b'rispett lejn il-mejtin policy tal-gvern nevitaw postijiet civili nattakkaw l-uniformi sorry jekk fl-uniformi kien hemm ibnek. Joe Azzopardi KARTA XUGA Karta xuga mohhi, li jrid jassorbi kliemek. --------- IL-BIERAH Il-bierah nebbahtni nikteb poezija illum ghallimtni nghix. -------- JEKK S'ISSA jekk s'issa l-ebda alla ma fehmni sa ma sibt lilek. Inti akbar u aktar minn alla u l-fjuri kollha ghalik!!! Mara Mara li taf lejl twil bhal dan ta'bews u ghasel hobbni mhux bhal mahbub li habbek u ghamlek mara, imma bhat-tarbija li ghamlitek tifla. Joe Axiaq (Australia) HSIBIJIET GUGARELL Hsibijieti gugarell jilghabu noghli mal-blat samm tal-hajja. Noel Fabri F'HAJTI STENNEJT F'hajti stennejt jitilqu bosta ferroviji li qatt ma telqu jew telqu tard; u stennejt jaslu bosta ferroviji li qatt ma waslu jew waslu tard. Xi darba il-ferrovijs u jien inkunu fil-hin. Victor Fenech EPIGRAMM A Igbor caghqa aqta'kewkba tigrix hafna inti u gjja hekk ghallinqas qabel tasal nilhaq nohlom li int hdejja. Joe Friggieri Bahar mimli henna wiccek. Ghajnejk id-dghajjes Jisirquni mill-gharqa. George Falzon L-ILMA TAL-WIED Minn qalbi fis-skiet dejjem ghaddej l-ilma tal-wied. Xi darba,meta jieqaf, qalbi tkun ilha mgharrqa go l-ilmijiet. Gorg Borg BNEDMIN Kieku s-sinjur jaghti ftit minn gidu lill-fqir u l-fqir jaghti ftit minn tjubitu lis-sinjur, kieku fid-dinja la hawn fqir u lanqas sinjur izda bnedmin. Maurice Mifsud Bonnici. PROTESTS MALTIJA Int frotta bnina li nqtajt qabel zmienek u issa tlift it-toghma.Int poezija li hrigt hazina ghax il-poeta tieghek tfixkel fil-metri u hallat kelma m'ohra. Int somma matematika li min jahdmek jizbalja dejjem.Int vapur bla boxxla li miexi bla kaptan u passigieri. Oliver Friggieri X'JIEN U MIN JIEN Mohhi mahzen Qalbi bir Ruhi Bandiera. Mohhi mimli Qalbi mfawwra Ruhi tperper. Mohhi tbattal Qalbi zvojtat U ruhi taret. Fredu Cachia (Awstralja) ETERNITA' La mmur,illejla, Niehu xbiethak mieghi Skolpita f'lahmi, U m'hemmx ghalfejn ritratti- Jien pittura tieghek. Joseph Bugeja SANDRA (hajku) Hi d-dawl fid-dlam ix-xemx li tkebbes b'qilla nirien ta'mhabba. Manwel-Nicholas Borg (Awstralja) HDEJK Sentimenti profondi. Xewqat immaginati. Hsibijiet bla sabar. Problemi posittivi. Meta nkun Hdejk Fil-kwiet Ninsa l-inkwiet. Emozzjonijiet girja Sajjetti harba Gmiel il-Hajja Bhal Harba. Daniela Aguis IL-BAJDA U HAMRA (TANKA) Il-Poezija tkun l-isbah jekk tinkiteb fuq karta bajda bil-linka hamranija tal-pinen bi kliem Maltija. Manwel Nicholas-Borg QALBI Qalbi latrina kulhadd ihammeg bla hsieb basta jinqeda. Sergio Grech KLIEM Mimlija din it-triq b'ghajnejn jitkellmu minn wara l-hgieg tan-nuccalijiet skuri f'dinja ta'ftit kliem. Joe Axiaq TLIET HWEJJEG Tliet hwejjeg iwelldu l-poezija, tliet hwejjeg: dmugh, demm u tbatija. Noel Fabri DELITTI Fuq ramel t'Awissu, Tfal jilghabu l-morra, Ibexxqu kaxxa maghluqa, Iqallbu l-mistoqsija, Wicchom jixhed:TBATIJA. Joseph Bugeja MINN KULL MA HLOMT F'ZGHOZITI minn kull ma hlomt f'zoghziti Infittex-kollox bahh. Il-qalb xiha w ghajjiena Ma tafx tghid hlief "ahh". Li hlomt kien kollu holma, Li ghext kien hajja biss. Ah kieku t-tnejn inghaqdu, Il-qamar komt imiss. Issa qasira l-hajja, U l-holm duhhan ittir........ Ruzar Briffa CARITAS Zewg friegh tal-bejt Inaddfu munqar xulxin- Mhux bhal bniedem! George Falzon GMIEL Gawwija wehidha ittajret hafifa u messet b'sidirha il-bahar kahlani; u sider ma'sider huggiega ta'mhabba, u twahhdu ghal ftit fil-berah......fiz-skiet biex holqu misterju tal-gmiel. Carmel Calleja STENNEJT Stennejt ix-xemx fix-xitwa u l-ward sabih fis-sajf, ix-xemx garrieli l-ilms u l-ward ma kiber qatt. Joe Axiaq MEDITERRAN il-hajja fil-hamrija, ix-xmajjar fi nzul ix-xemx, il-hsejjes ta'l-ghasafar tal-passa f'qawwiethom, il-ghajta herqana ta'tarbija mwielda gdida, il-bewsa shuna, il-ghafsa ta'l-id b'sincerita', il-kelma ghaziza, nhobbok u l-paci mieghek... kliem il-poezija... mediterran taf li int agunija? Mario.F.Bezzina GANDOFFA inti l-vini ta'hagra shiha jew ir-raded ramlija f'kurrenti hfief f'qiegh ocejan... jew xaghar "Kristu" mdemmi u gharqan fuq is-salib... Mario F. Bezzina REALTA' wicci ghajjien ihares minghajr espressjoni. gnien telqa jisseduci l-ispirtu b'harsa. naghas mistrieh mohli f'gieh sikka ripetizzjoni ta'palazz holm. xkupa realta' twaqqa'bir imaginazzjoni. Sergio Grech FIS-SEMA TIEGHEK Fis-sema tieghek tlajt nixghel zewg kewkbiet. Ul-lejl kien kollu mhabba u qalbi kollha skiet. Gorg Borg RIFLESSJONI Hsieb 1:Qatt ma rajtha x-xemx - tqattar igsma energija ghal fuqi. Minflok, hassejt influwenza paradossali fil-kontrarjeta' ta' l-elementi: fir-razzismu attiv immullat minn passivita' ddrogata. Hsieb la: Hallast ghal kollox - anki ghal meta x-xemx immirat band'ohra. Natalie Guillaumier HAJKU Ghalijja d-dinja Pillola morra. Mela Dan kif ma nfiqx Manwel Cassar IMMORTALITA' qorq jistenna s-sieq li ssahhnu, gilda mejta dell ta'tfajla rzina mbezzgha bit-theddida tas-shaba riesqa lejn ix-xemx ghanja li titliegheb zeffiena fuq il-korda ta'vjolin li bil-mod il-mod qieghed jitmermer Ma nixtieqx. Maurice Cauchi MEDUSA B'xaghri tisserrep mar-rih, xhedt it-trawma ta' ritratt imcarrat f'qiegh kexxun. Hares lejja, forsi tilmah il-bahh tal-frammenti ta' ruh-muzajk mittiekla biz-zmien. M'iniex allucinazzjoni ta' mohh marid, ha tishet il-mument meta hu bezaq f'ghajnejk, u wettaq il-haqq. Ghax darba sehh delitt fuq il-fragilita' ta' poeta. Inti u l-kotra tieghek zrajtu l-kruha, u gbartu dak li hu taghkom. Hares f'ghajnejja sabiex demmek jinxef f'gisem zonqri, u tghix eternita' statika. Karen Vella IZ-ZMIEN Iz-zmien xafra jaqta' meterjoriti dhahen mill-ucuh taz-zifef. Sergio Grech P.S. FOOTNOTE GHALL-HRAFA TIEGHI. 1.il-ward sebah ma jlewwimx. il-passaport ma jiginix. l-awtoritratt tilef in-negattiva. 2.l-awtur ta'hajti jigma sena wara l-ohra minn tieghi fl-arkivju ta'lapidi ffrizati cassi. ismi minn ta'quddiem/prominenti fil-lista mzejjen/ingassat b'linka bellusija. 3.ic-cafcifa tal-mewt tkampa wehidha minghajr bzonn/hjiel ta'appogg. Sergio Grech POEZIJA Int hsieb divin iffrizat f'mument bhal l-istatwi ta'Pompei mil-lava mhegga ta'mohhi! Carmel Callejja. XEWQA Jekk ghandu d-dawl inin u jghib bil-mod il-mod sakemm imut f'ghajnejja irrid li l-ahhar dehra li nara tkun ta'wiccek ...ta'wiccek biss,Mulejja sabiex fid-dalma tieghi insibu dejjem mieghi! Carmel.G.Cauchi LILL-PROFESSUR GUZE AQUILINA Zewwigt il-pinna ma'hsibijietek safja u ktibt is-salmi bil-qawwa tal-hsieb tieghek, kapolavur ta'drieghek. Manwel Nicholas Borg FUQ XIFER... Fuq xifer l-irdum tlajt u l-qamar, jien tiela rajt xehtu tefa', fuq il-bahar dal-musbieh lejli u dawl tal-ahhar u ttajru u telquni, il-hafna hsibijiet bhal qisu missni, is-sahar, tal-gholjiet u go fija dahal, ifur, il-mistrieh tas-sliem, x'qieghed inhoss issa ma jitfissirx fi kliem. Dr Mario Farrugia taht it-torri ta' l-ghallis hekk kif ix-xemx titgerbeb ghal fuq rasna u kangu xih mal-halel imbeghrnin irattab lehnu hekk kif il-hniefel kohol jizzellqu ma' genbejn il-blat mingur minn driegh zmienna, hanini... u l-kokk jitbaxxa ghal triq tilloleandra, u sriep daqs taljakarti mill-kenn umduz t'gherienhom isaffrulna biex f'ghafset tisfiriethom ihannuna... ismaghha qalbi ttektek mizblugha fl-ahmar niezel, niezel jofroq il-wisa' - wens ta' mhabbti u mhabbtek tant reali, rzina, helwa... hekk kif inkiss inkiss jersqilna l-ghabex bhalm' armonija mnezzgha migmugha m'nn univers qeqni, bla sura - isteriku ftakarni intenni gilwa wgigh! Hekk kif il-qamar l-gholjiet harkieni jimla - lembut dawl abjad - f'burdata lgiem u seher; ghajnejk sprunari mqarba fl-ibhra t'ghajnejja nkalja u 'l sidrek alabastru mneffah bil-mod il-mod skandalja fuq sidri, l-muswaf sidri... passjonidin fi xfar ghajnejk spanjoli hekk kif mal-hagar gholi indur mixghul ghalik mistaqsi l-ghala rrid nifhem gost il-waqt imbagh'd traku bhal boqqa tiffollali mbagh'd il-kliem stanjata fl-awli ta' widnejja mbagh'd hanini, kollox nifhem... Louis Briffa (Jissokta...)