Mill- Garigori Ta' Mohhi 2 By Dr.Louis Zammit Lil San Pawl il-Bahar - Rahal twelidi (Dec 26, 1981) Kemm int sabieh San Pawl, kemm int sabieh ! Hallini ftit nitpaxxa b'dan il-gmiel. Sahhartni mindu lqajtni ix-Xemija, gmiel car, li ma tghaddiehx zgur b'mitt gharbiel. Hawnhekk ix-xemx izzurna kull fil-ghodu u l-bahar u l-ghelieqi ibusuna. Il-mewg u l-halel hawn jergghu jroddu il-hajr ta' dawk il-gnus li izuruna. Dawn nies bhal Pawlu illi d-Din fissrilna u ahna li lqajnieha sew go' qalbna; Ghax nafu li ghalkemm din gzira ckejkna, qatt, fl'emm ma sehhet cahda min ta' talbna. Hawnhekk twelidt, hawn ghixt, hawn izzewwigt hawnhekk ta' hajti l-ahhar nifs se' nghati. U hawn nixtieq nindifen, ghax hawn posti; naf gmielek jibqa jsehh tul hafna annati. Lill- Fjura ta' Mhabbti (Nov. 22, 1985) (dedicata lill- Fjura 'Bird of Paradise" - isem xjentifiku ; - Strelizia reginae, Fam. Musa ceae Regina inti fjura fost il-fjuri, Strelizia Sbejha smajtli fl-ahhar talbi. Sahhartni, hekk kif l-ewwel darba lmahtek, Ferraht, o helwa din l-imnikkta qalbi. Kuruna f'ghallthek turi majestuza mill-lewn id-deheb, biex tpaxxi l-fqir u l-ghani. Ghalkemm domt snin nistenna biex izzurni, sa fl-ahhar, hesrem gejt f'gnieni tistmani. O ! kif sahhritni l-brinba herqanija tinzeg madwarek biex tipprotegiek. Il-ghadu zammet sew il-boghod min mieghek, u l-edba nsett ma hsara seta' jtik. Kburija inti l isbah fost il-fjuri Turina s-seba' lwien sbieh tal-qawsalla. Sew taf il-gonna ssebbah tkattar turi, li int ukoll holqien sabieh ta' Alla. Kont xitla zghira, sqejtek u ghozzejtek. ftit ftit tul snin bdejt tikber majestuza. M'baghad fl-ahhar gejttwelidt u ferm sahhartni, biex sa hansitra rgajt t' ghannaqt mal-muza. Jien, fqir poeta Malti o Fjura sbejha, nitolbok, tilqa dat-tifhir ta' fommi. Hekk, kif f'Novembru gejt ghax smajt int talbi, niehdok b' ghozza ssebbahli, qabar ommi. Lil Pawlina (Sept. 14, 1984) ( Il-qampiena l-gdida tal- knisja parrokjali ta' San Pawl il-Bahar, fil-migja taghha fir rahal) Waslet Pawlina ! Qampiena smina, tiswa daqs strina, biex ferh taghtina. Riedet tigina tistieden dina b'nota wisq fina u dlonk turnina. Tismaghha Gina tismaghha Tina tismaghha Pina tismaghha Rina. garrewk bhal kina. B'fjuri w tizjina qiesek regina, sbejha Pawlina ! Doqq b' nota bnina Tantc tisturdina ........ U jien nitolbok biex biss b'din nota ta' mewti b' ferha iddoqli l-mota. Lil Binti, Fil-jum tat-Tieg (February. 14, 1987) Kont jien li rajtek l-ewwel, kif gejt fid dinja Ghaziza binti, mimmi ta' ghajnejja. U jien se nkun li nwasslek lejn il-knisja Bil-Baldakkin, daqqaqa u ghannejja. Ghazilt int trieqtek, tieghek kienet l-ghazla Biex Bhali w ommok tkattar int Familja Bil-mixi jien inwasslek gewwa l-knisja Pass, pass, ma jkollniex bzonn l-ebda parilja! Lil- zewgek hobbu kif habbitni ommok, U kif l-ulied ikollokm ferhanija Ftakkru F'dal vrus mhazza minn missierek Li hargu minn dil-qalb safja fil-mija. U meta' tul iz-zmien twelldu xi tifel Tikkonfondux kif ismu dan se jigi B' tifkira ghaziza jien nixttiq nghidilkom Semmuh Bil - Malti biss, ghan-nannu Gigi. 'Mma jekk tifla, ghan-nanna semmugha Bice B' ghozza u mhabba ta Dante ghal- Beatrice. Dawn il-vrus ktibt mhux biss Bil- pinna f'idejja Imma bil- ferh tad dmugh igelgel minn ghajnejja.