POEZIJI NEVILLE CALLEJA GENNA MHEDDA Masgar sfiq jinfirex f'ghadira ta' hdura; il-bruka b'xuxitha tomxot l-ilmijiet tan-nixxiegha mexxejja, iccarcar u tqattar taht xemx sajfija u t-tabar ihabbat fil-boghod ... Serp halliel ihaxwex fil-haxix jomxot fih bhal f'xuxa isaffar tisfira siekta ... Tar bhar-rih. Hatafhieli. U bewweg 'il boghod 'il boghod ... U d-dlam difinni fid-dwejjaq. Fejn hu l-passagg li jaghti ghall-bruka? KAXXET PANDORA Monument ta' l-ghageb: saff fuq saff, sistema mxebilka f'sistema; sinkronija t'arlogg Svizzeru. Fil-kantina, kaxxa bajda fi star tat-trab, fdal is-snin; lukkett imsaddad; Kaxxet Pandora. Meta l-ghatu nharrek, difetti, zbalji, nuqqasijiet irieghduli l-pedament ta' l-ezistenza; u dlonk nerga' nsakkru. Irrid inqandel l-kaxxa sal-masgar fejn le trieghdli l-monument. Daqqa t'id nixtieq, ja Kuragg, ghax il-kaxxa tqila. ID-DUDU L-MUSWAF Dudu tal-harir. Nitkaghweg, nitkaxkar. Surti bla forma mistura mis-suf mtenfex. L-insetti l-ohra: surithom setghana, lwienhom mahtuf mix-xemx. Jisthu jghidu li jafuni. Hares 'l hawn, ja dudu dieqi, tharisx biss b'ghajnejn haddiehor! Iblah hu dak li f'tieghek is-sura ma jarax il-farfett ilellex, sultan il-hdura